Sunday, December 22, 2024

Raġel ikkundannat għall-mewt b’rabta ma’ qtil ta’ tifla u nisa jmut mewta naturali

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel kkundannat għall-mewt f’Kalifornja b’rabta mal-qtil ta’ tifla ta’ 12-il sena u erba’ nisa miet mewta naturali.

Rodney Alcala ta’ 77 sena miet fi sptar li jinsab viċin ħabs li jinsab fl-istat ta’ Corcoran. Huwa kien instab ħati lura  fl-2010. Minbarra l-qtil f’Kalifornja huwa kien ammetta wkoll il-qtil ta’ żewġ nisa oħra fi New York.

Alcala kien ikkundannat b’din is-sentenza f’Orange County fl-1980 b’rabta mal-ħtif u l-qtil ta’ Robin Samsoe ta’ 12-il sena li kien seħħ fis-sena preċedenti.

Minkejja dan is-sentenza tiegħu kienet ħadet żvolta mill-Qorti Suprema ta’ Kalifornja u r-raġel kien ngħata ċans li jerġa’ jgħaddi ġuri. Ftit wara huwa rċieva l-istess kundanna li però reġgħet inbidlet fl-2003. Fis-snin ta’ wara l-investigaturi sabu evidenza forensika li turi l-involviment tar-raġel fil-qtil tan-nisa.

Fil-ġuri tal-2010 huwa nstab ħati bil-qtil ta’ Samsoe kif ukoll erba’ nisa oħra ta’ bejn it-18 u t-32 sena bejn l-1977 u l-1979.

Fl-2012 huwa ġie estradit lejn New York wara li ġie akkużat b’żewġ delitti oħra li hu wieġeb ħati għalihom u kien ikkundannat 25 sena ħabs oħra.

Fi stqarrija wara l-mewt tiegħu l-Pulizija qalet li Alcala qiegħed ikun suspettat involut f’numru ta’ delitti oħra. 

Ekonomija

Sport