Sunday, December 22, 2024

Raġel imfittex f’żewġ pajjiżi jirrifjuta li jkun estradit

Aqra wkoll

Raġel li qed ikun imfittex biex jaffaċċja proċeduri kriminali f’żewġ pajjiżi Ewropej qed jikkontesta l-estradizzjoni tiegħu lejn dawn il-pajjiżi.

Goran Stojanovski ta’ 47 sena mill-Maċedonja ġie arrestat wara li nħareġ mandat ta’ arrest kontrih mill-Bulgarija. 

F’Ġunju tas-sena li għaddiet, il-Qorti ta’ Malta kienet ikkundannatu ħames snin ħabs wara li sabitu ħati li uża pepper spray biex jisraq u li weġġa’ ħafif żewġt persuni.

Rapporti fil-midja qalu li Stojanovski kien ukoll imfittex mill-awtoritajiet Slovakki biex jaffaċċja akkużi dwar serq bl-armi u l-kriminalità organizzata. Dik il-Qorti kienet ordnat li huwa jiġi estradit lejn is-Slovakkja wara li jiġu konklużi l-proċeduri kriminali kontrih f’Malta. 

Qabel bdiet is-seduta, Stojanovski ripetutament qal lill-Ispettur illi l-pajjiż fejn se jintbagħat wara li jiskonta s-setenza tiegħu fis-Slovakkja ma kienet se tagħmillu l-ebda differenza. 

Intant, il-Maġistrat Rachel Montebello spjegat lir-raġel li huwa kien imfittex fil-Bulgarija biex jaffaċċja akkużi ta’ kompliċità f’serqa. L-Avukat Martin Farrugia informa lill-Qorti li r-raġel ma kienx qiegħed jagħti l-kunsens tiegħu biex jiġi estradit lejn il-Bulgarija. 

Fid-dawl ta’ dan, il-Qorti ordnat biex fis-seduta tal-lum tisma x-xhieda u s-sottomissjonijiet f’dan ir-rigward. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Roderick Spiteri. 

Ekonomija

Sport