Ryan Dimech qed jiġi mfittex mill-Pulizija b’rabta ma’ każ pendenti li hemm għaddej fil-Qorti.
Fi stqarrija tal-Pulizija ntqal li kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, permezz ta’ messenger, jew iċċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija u jiġi kwotat in-numru 17/2023.