Saturday, December 21, 2024

Raġel imut f’fabbrika fix-Xewkija Għawdex

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel ta’ 49 sena minn Għajnsielem residenti n-Nadur tilef ħajtu f’inċident li seħħ f’fabbrika tal-ikel fix-Xewkija Għawdex.

Skont l-ewwel informazzjoni li kiseb dan is-sit jidher li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:10 p.m waqt li kien qiegħed jitħaddem xi skip loader bil-vittma jinqabad bejn gabina tat-trakk u ħajt.

Fil-post issejħu minnufih tim mediku mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili iżda sfortunatament ir-raġel kien iċċertifikat mejjet fil-post.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aktar informazzjoni kif taslilna…

Ekonomija

Sport