Friday, December 27, 2024

Raġel imut u 40 feruti wara li riħ qawwi laqat festival fi Spanja

Aqra wkoll

Raġel li kellu ftit iktar minn 20 sena tilef ħajtu filwaqt li minn tal-inqas 40 persuna sofrew ġrieħi hekk kif riħ qawwi wassal biex partijiet minn palk ikkollassaw. Dan seħħ waqt festival mużikali ġewwa Spanja. Tlieta minn dawk feruti jinsabu f’kundizzjoni serja. 

Filmati li xxandru fuq il-midja kienu juru għexie­ren ta’ persuni jitilqu jiġru miż-żona tal-festival f’paniku filwaqt li oħrajn ftit li xejn taw kas. Ftit wara, dan il-festival ġie sospiż. 

Dan il-każ seħħ waqt l-avveniment ġewwa Cullera, fin-Nofsinhar ta’ Valencia, bl-isem ta’ Medusa Festival. Persuni li kienu fuq il-post irrakkontaw kif f’daqqa waħda ħakmit­hom maltempata tar-ramel li ħolqot kaos kbir u wasslet biex anke partijiet mill-palk jiġġarrfu. Min-naħa tagħha, l-aġenzija meteoroloġika Spanjola qalet li r-rifnu kien jaqbeż it-80 kilometru fis-siegħa. 

Ekonomija

Sport