Sunday, November 10, 2024

Raġel imut wara li ċeda bih raff f’Ħal Luqa

Aqra wkoll

Raġel miet wara li aktar kmieni llum, għall-ħabta tal-10:30 a.m kien involut f’inċident li seħħ fi stabbiliment fi Triq Ħal Qormi, Ħal Luqa.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li raġel ta’ 56 sena residenti Tas-Sliema, sofra xi ġrieħi meta waqa’ minn għoli ta’ madwar disa’ metri minħabba li ċeda bih raff.

Ir-raġel ngħata l-għajnuna minn tim mediku u mill-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Fil-post issejħet ukoll ambulanza u tim mediku li ħaduh l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, iżda sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet ftit wara.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Leonard Caruana li fetaħ inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport