Raġel ta’ 41 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, sfortunatament tilef ħajtu wara li ħa xokk u waqa’ f’gandott waqt li kien qed jaħdem.
L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12:30 p.m., fi Triq il-Pamla, fillimiti ta’ Għajn Tuffieħa. Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu, u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara. Il-Maġistrat Dr Joseph Mifsud LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post taxXogħol għadhom għaddejjin.