Raġel ta’ 64 sena residenti l-Mosta, sfortunatament tilef ħajtu wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar erbá sulari f’xaft.
L-inċident seħħ għal ħabta tat-3;00 P.M., f’residenza privata fi triq il-Ħarifa, l-Mosta.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, imma sfortunatament, huwa kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.
Il-Maġistrat Dr Franco Agius LL.D ġie nfurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.




