Dalgħodu, għall-ħabta tas-6:00 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn lassistenza fi Triq il-Kavetta, San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 41 sena, għal xi raġuni kien waqa’ madwar erba’ sulari għal ġo xaft.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei iżda sfortunatament huwa kien ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Il-Maġistrat Dr Joseph Mifsud LL.D kien infurmat bil-każ u ħatar inkjesta, filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

