Wednesday, December 25, 2024

Raġel imut wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular minn gallarija

Aqra wkoll

Raġel ta’ 59 sena residenti Raħal Ġdid miet wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar sular minn gallarija. 

L-inċident seħħ il-Ħamis, 9 ta’ Settembru għall-ħabta tad-9.15 p.m. fi Triq Ġebel Ħanxul, Wied il-Għajn.

Ir-raġel kien ingħata l-għajnuna minn tim mediku u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura serja. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu. 

Ir-raġel sfortunatament tilef ħajtu dalgħodu.

B’rabta ma’ dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Lia. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport