Monday, June 23, 2025

RAĠEL IMUT WARA LI WAQA’ MADWAR 5 SULARI F’GĦAWDEX

Aqra wkoll

Intant fi stqarrija l-pulizija qalu li l-każ seħħ għall-ħabta tat-8.30pm fi blokk ta’ appartamenti fi Triq Giorgio Borġ Olivier, ir-Rabat.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li Indjan ta’ 40 sena waqa’ għoli ta’ madwar ħames sulari f’bitħa interna. Ir-raġel waqa’ wara li pprova joħroġ minn tieqa, minħabba li kien issakkar ġewwa l-apartament fejn jgħix.

Fuq il-post issejjħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll tim mediku, iżda sfortunatament kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.

Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat Dr Simone Grech LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata, filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aktar kmieni

Raġel tilef ħajtu traġikament ilbieraħ filgħaxija wara li waqa’ ħames sulari f’xaft fir-Rabat Għawdex.

Dan is-sit jinsab informat li r-raġel hu ta’ nazzjonalità Indjana u għandu madwar 35 sena.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li r-raġel kien qiegħed fil-gallerija u jista’ jkun li raqad bil-konsegwenza li waqa’ għal isfel.

Dan is-sit jinsab informat li f’pajjiżna għandu tgħix miegħu lil mara u li fil-ġimgħat li ġejjin kienet se tasal bintu mill-Indja bit-tama li jkollha futur f’pajjiżna hi wkoll.

Aktar dettalji dalwaqt…

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport