Tuesday, December 2, 2025

Raġel imut wara li waqa’ żewġ sulari fid-Dwejra

Aqra wkoll

Raġel ta’ 50 sena residenti r-Rabat, sfortunatament tilef ħajtu wara li waqa’ madwar żewġ sulari minħabba li t-trakk li kien fih ġralu xi ħsarat.

L-inċident seħħ għal xis-1:15 p.m., fid-Dwejra fil-limiti tal-Imġarr.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu, imma sfortunatament, huwa kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.

Il-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport