Sunday, October 27, 2024

Raġel imut wara li waqa’ żewġ sulari f’residenza fiż-Żejtun

Aqra wkoll

Raġel tilef ħajtu wara li għall-ħabta tad-9:15 a.m kien involut f’inċident f’residenza fi Triq id-Dejma fiż-Żejtun.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 43 sena li joqgħod fl-istess residenza kien waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ta’ manutenzjoni fit-taraġ.

Fuq il-post issejħu minnufih Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku b’ambulanza, iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Josette Demicoli, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport