Wednesday, December 25, 2024

Raġel Ingliż jiskopri li l-uġigħ f’rasu kien ikkawżat minn tumur

Aqra wkoll

Richard Walker, raġel ta’ 51 sena minn Kidderminster fl-Ingilterra, miżżewweġ u missier ta’ żewġt itfal, ġurnata fost l-oħrajn ħass rasu tqila u għall-ewwel ħaseb li għandu wġigħ ta’ ras normali, mentri mbagħad irriżulta li għandu tumur f’moħħu u li ma setgħux isirulu operazzjonijiet.

Richard ingħata trattament tar-radjuterapijau nhar il-Ġimgħa li ġej se jkun qed idur erba’ banek bil-għan li jiġbor biżżejjed fondi sabiex issir riċerka dwar it-tumur fil-moħħ. Eventwalment huwa jixtieq li tinstab kura sabiex ikun jista’ jgħin lil nies oħra li qed jgħaddu mill-istess esperjenza tiegħu. 

L-ewwel sintomi tal-kanċer esperjenzahom f’Settembru tal-2021. Għall-bidu kien qed ikollu wġigħ qawwi fuq wara ta’ rasu u dan kien jibqa’ għaddej għal ġranet sħaħ. Is-sintomi bdew isiru iżjed gravi u eventwalment mar l-isptar, akkumpanjat minn martu, fejn ingħata l-aħbar li għandu kanċer. Hemmhekk għamlulu 3 CT scans u 2 MRIs sabiex jassessjaw it-tumur. Sfortunatament irriżulta li l-kanċer kien fi stadju avvanzat u ma setgħux isirulu operazzjonijiet għax kien hemm riskju li ssir iżjed ħsara.

Richard skopra li għandu tumur f’moħħu propju lejliet l-ewwel tas-sena, jum  li fih jiċċelebra żewġ avvenimenti speċjali: għeluq sninu u l-anniversarju tat-tieġ tiegħu u ta’ martu Lucy. Huwa jistqarr li l-mument li sar jaf bil-kanċer kien diffiċli ħafna għalih u għal familtu.

Ekonomija

Sport