Raġel sofra ġrieħi gavi wara li kien involut f’argument fil-Mosta. Il-Pulizija ġiet informata bl-argument fi Triq il-Ħuttaf għall-ħabta tat-8.30 p.m.
Mill-ewwel investigazzjonijiet tagħhom jirriżulta li l-argument seħħ bejn raġel ta’ 47 sena u raġel Palestinjan ta’ 31 sena, it-tnejn li huma residenti l-Mosta.
Iż-żewġt irġiel irrikorrew fl-eqreb klinika. Ir-raġel ta’ 31 sena ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi filwaqt li r-raġel ta’ 47 sena sofra ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.