Monday, December 23, 2024

Raġel isofri ġrieħi gravi f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Aktar kmieni llum, għal xi 6:30 a.m, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat traffiku fi Triq tal-Ħandaq, Ħal Qormi. 

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 24 sena kien ġie milqut minn karozza ta’ tip Hyundai Kona li kienet qed tiġi misjuqa minn raġel ta’ 33 sena residenti l-Fontana. 

Ir-raġel ta 24 sena ngħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie  ċċertifikat bi ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport