Friday, November 15, 2024

Raġel isofri ġrieħi gravi fin-Naxxar wara li tilef il-kontroll tal-mutur

Aqra wkoll

Raġel ta’ 61 sena residenti Marsaskala, qiegħed jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei għal ġrieħi gravi li sofra f’inċident bil-mutur fin-Naxxar 

Kienu għall-ħabta tad-disgħa u kwart ta’ 9:15 a.m, x’ħin il-Pulizija ġiet infurmata permezz ta’ telefonata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq San Ġorġ, fin-Naxxar minħabba li persuna kien weġġa’ bil-mutur. 

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li r-raġel tilef il-kontrol tal-mutur Junak u nqaleb. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura medika. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. 

Il-Pulizija tad-Distrett għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ. 

Ekonomija

Sport