Wednesday, December 18, 2024

Raġel isofri ġrieħi gravi f’inċident bil-mutur fil-Marsa

Aqra wkoll

Raġel ta’ 21 sena residenti Birkirkara kellu jiddaħħal l-Isptar wara li għall-ħabta tas-6:30 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Aldo Moro, il-Marsa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-Karkariż kien tilef il-kontroll tal-mutur Kawazaki Ninja li kien qed isuq u konsegwentament waqa’.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-isptar, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport