Saturday, November 23, 2024

Raġel isofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

Raġel ta’ 35 sena, residenti Ħal Tarxien, qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku. 

Kienu għall-ħabta tat-8:15 a.m, x’ħin il-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza fi Triq Ħal Tarxien, Ħal Tarxien. 

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari li saret irriżulta li kien seħħ impatt bejn Skoda Felicia li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 71 sena residenti Ħal Tarxien, u rota li kienet qed tinstaq mir-raġel ta’ 35 sena. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet liċ-ċiklist l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri min ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin. 

Sport