Sunday, September 28, 2025

Raġel isofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

Albaniż ta’ 36 sena residenti Wied il-Għajn, għal xi l-10.00 am ittieħed lIsptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Għar Dalam, f’Birżebbuġa.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma ntlaqat minn vann Toyota Dyna, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 59 sena residenti l-Marsa.

L-Albaniż ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport