Saturday, December 21, 2024

Raġel isofri grieħi gravi waqt serqa fil-Furjana

Aqra wkoll

Raġel ta’ 53 sena bejn il-lejl tas-Sibt u l-Ħadd mar l-Għassa tal-Pulizija tal-Imsida biex jirrapporta li aktar kmieni kien sofra xi ġrieħi waqt li kien fil-Furjana. Ir-rapport sar fl-10 ta’ filgħaxija u wassal biex jibda stħarriġ preliminari. 

Hawnhekk irriżulta li waqt li l-vittma kien miexi, dan ġie aggredit minn raġel li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa. L-allegat agressur seraq diversi affarijiet personali tal-vittma u ħarab minn fuq il-post.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li ssejħet ambulanza u l-vittma ngħata assistenza minn tim mediku. Wara huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport