Friday, December 20, 2024

Raġel isofri ġrieħi gravi wara li ġie aggredit f’ħanut tax-xorb il-Ħamrun

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-2:00 a.m informa lill-Pulizija li kien aggredit f’ħanut tax-xorb fi Triq il-Kbira San Ġuzepp. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-każ seħħ bejn Somalu ta’ 54 sena residenti l-Marsa u xi persuni li kienu f’ħanut tax-xorb il-Ħamrun.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lis-Somalu sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard huwa ġie iċċertifikat li weġġa’ gravi. 

B’rabta ma’ dan il-każ, il-Pulizija arrestat żewġt irġiel; wieħed ta’ 35 sena minn Birkirkara u l-ieħor ta’ 17-il sena minn San Ġwann. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport