Raġel ta’ 70 sena residenti San Ġiljan, għal xi 2.15pm, ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq ir-Repubblika, ir-Rabat, Għawdex.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma ntlaqat minn mutur Lintex HT125T-28, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 58 sena residenti r-Rabat, Għawdex.
L-irġiel ingħataw l-għajnuna minn tim mediku u l-anzjan ittieħed l-isptar b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.