Raġel saq bil-karozza fuq mijiet ta’ partitarji ta’ Liverpool waqt il-parata li tella’ t-tim tal-futbul ta’ Liverpool biex jiċċelebra r-rebħ tal-kampjonat.
Il-pulizija rnexxielhom jarrestaw lir-raġel, iżda qabel ma għamlu dan hu ħalla ħerba sħiħa b’diversi persuni jispiċċaw l-isptar.
Il-Pulizija Ingliża ikkonfermat li qiegħda tinvestiga.
Anke l-Prim Ministru Ingliż tkellem dwar dak li seħħ fejn qal li l-Pulizija se jkunu qegħdin iressqu quddiem il-ġustizzja lil persuna jew persuni li huma wara dan il-każ.
Intant, s’issa jidher li l-Maltin kollha li kienu hemm għaċ-ċelebrazzjonijiet huma kollha siguri. Kienu bosta Maltin li kitbu fuq il-midja soċjali li huma siguri biex jinformaw lill-familji u ħbieb tagħhom dwar dan.