Sunday, November 3, 2024

Raġel iweġġa’ gravi f’ħabta bejn karozza u tractor f’Għawdex

Aqra wkoll

Raġel sofra ġrieħi wara li għall-ħabta tas-7:00 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Għarb fl-Għarb Għawdex.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Auris misjuqa minn mara ta’ 47 sena residenti San Lawrenz u tractor misjuq minn raġel ta’ 29 sena residenti x-Xewkija.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku li ssejjaħ fil-post sakemm seta’ jittieħed lejn l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport