Raġel ta’ 51 sena weġġa’ f’inċident li seħħ għall-ħabta tat-8:30 a.m., fi Sqaq San Vinċenz, Ħaż-Żabbar.
Mill-investigazzjonijiet illi saru jidher li r-raġel qabeż għal fuq is-saqaf tar-residenza ta’ ħdejh, u ċeda bih l-art tal-bejt.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku issejjħu fuq il-post, u wara li lvittma nħareġ, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

