Saturday, December 21, 2024

Raġel iweġġa’ gravi f’inċident bejn żewġ karozzi f’Bir id-Deheb

Aqra wkoll

Raġel kellu jittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fl-inħawi magħrufa bħala Bir id-Deheb. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.10 p.m. fi Triq tal-Barrani, iż-Żejtun.

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn vettura tal-għamla Honda Civic li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 28 sena residenti Birkirkara u vettura tal-għamla Toyota Corolla, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 19-il sena residenti Ħaż-Zabbar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 28 sena l-isptar għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.

Ekonomija

Sport