Wednesday, April 24, 2024

Raġel iweġġa’ gravi f’inċident f’barriera fis-Siġġiewi 

Aqra wkoll

Raġel weġġa’ gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tas-2:30 p.m kien involut f’inċident f’barriera fi Triq Lapsi fis-Siġġiewi.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li raġel ta’ 57 sena residenti s-Siġġiewi, weġġa’ wara li waqa’ madwar sular. 

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza li ġiet msejħa fuq il-post.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ 

Dan kien it-tielet ħaddiem li weġġa’ wara li waqa’ minn għoli matul il-ġurnata tal-bieraħ wara li żewġt irġiel oħra weġġgħu f’żewġ inċident oħra separati.

Wieħed minnhom sofra ġrieħi serji wara li waqa’ s’sit ta’ kostruzzjoni fir-Rabat u l-ieħor weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq scaffolding f’sit ta’ kostruzzjoni f’Birżebbuġa.

Sport