Raġel ta’ 35 sena residenti l-Iklin, għall-ħabta tad-9.00pm, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident fi Triq il-Kappillan Mifsud, Santa Venera.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Peugeot 308 misjuqa minn raġel ta’ 30 sena residenti San Ġwann u mutur Honda misjuq mir-raġel.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.



