Ilbieraħ filgħaxija għall-6.30pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku f’Dawret Ħal Għaxaq, Ħal Għaxaq.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 54 sena residenti ż-Żejtun u Mazda Demio misjuqa minn mara ta’ 41 sena residenti Ħal Għaxaq. Bil-konsegwenza tal-inċident, raġel ta’ 26 sena residenti Ħal Għaxaq li kien miexi fit-triq intlaqat mill-vettura Mazda Demio u sofra xi ġrieħi.
Iż-żewġ xufiera ma sofrewx ġrieħi.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.