Sunday, November 3, 2024

Raġel iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku l-Furjana

Aqra wkoll

Aktar kmieni llum, għall-ħabta tat-08.30am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Sa Maison, il-Furjana.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li Awstrijak ta’ 55 sena, intlaqat minn vettura Toyota Auris misjuqa minn Taljan ta’ 49 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport