Raġel weġġa’ gravi wara li aktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-5.30 kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq San Anard, Ħal Tarxien.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Citroen C3 misjuqa minn raġel ta’ 65 sena residenti Wied il-Għajn u Renault Megane misjuqa minn raġel mill-Latvja ta’ 51 sena residenti Santa Venera.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 65 sena l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.