Monday, December 22, 2025

Raġel iweġġa’ gravi wara li daħal f’sit ta’ kostruzzjoni u waqa’

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tal-4.00am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq il-Kbira, il-Mellieħa.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 43 sena u jgħix Ħal Għargħur, daħal f’sit li jinsab taħt kostruzzjoni u waqa’.

Tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew lir-raġel u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard, huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport