Monday, November 4, 2024

Raġel iweġġa’ gravi wara li ntlaqat minn vettura f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tad-9:30 a.m., kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq it-Tamar, San Pawl il-Baħar. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Sirjan ta’ 26 sena residenti San Pawl il-Baħar stess intlaqat minn vettura ta’ tip Citroen Jumper misjuqa minn raġel ta’ 41 sena residenti iż-Żejtun. 

Is-Sirjan ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fuq il-post. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Sport