Tuesday, December 24, 2024

Raġel iweġġa’ gravi wara li sofri xi ġrieħi kawża ta’ ħruq

Aqra wkoll

Illum, għal xi 8:30 a.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza ġewwa workshop f’Tal-Pietà. 

Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li waqt li kienu qegħdin issiru xi xogħolijiet  ta’ iwweldjar, raġel ta’ 45 sena, residenti l-Mosta sofra xi ġrieħi kawża ta’ ħruq.  

Il-vittma ngħata l-għajnuna fuq il-post minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. 

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport