Raġel Kroat ta’ 45 sena residenti San Ġiljan ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tal-10.15pm tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’.
Fi starrija l-Pulizija qalu li l-inċident seħħ fi Triq Birkirkara, San Ġiljan u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li Kroat ta’ 45 sena u jgħix San Ġiljan, tilef il-kontroll tal-mutur TVS Jupiter 125 li kien qed isuq u waqa’.

