Raġel ta’ 35 sena, ilbieraħ fil-11.00pm, ittieħed l-Isptar Mater Dei għax sofra xi ġrieħi f’inċident fi Triq is-Sidra, is-Swieqi.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel intlaqat minn Hyundai Matrix, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 47 sena residenti San Ġwann.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.