Raġel ta’ 26 sena minn San Lawrenz Għawdex weġġa’ gravi wara li aktar kmieni llum kien involut f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq l-Imġarr, f’Għajnsielem Għawdex.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li r-raġel kien qiegħed jagħmel xi xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni meta waqa’ minn għoli.
Fil-post issejjaħ tim mediku li assistieh minnufih sakemm huwa seta’ jittieħed lejn l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.