Raġel ta’ 52 sena qiegħed isofri ġrieħi gravi wara li għall-ħabta tas-1.30pm waqa’ għoli ta’ madwar sular minn fuq sellum.
L-inċident seħħ f’residenza privata fi Triq San Edwardu, Birżebbuġa.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza mill-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.