Sunday, December 22, 2024

Raġel iweġġa’ serjament f’hit-and-run fil-Marsa

Aqra wkoll

Il-Pulizija għaddejja bi tfittxija għal karozza li tajret raġel fil-Marsa u ħallietu bi ġrieħi serji. 

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.00 p.m. fi Triq San Tumas, kantuniera ma’ Triq Stiefnu Zerafa. 

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 54 sena residenti l-Marsa, intlaqat minn vettura, li telqet minn fuq il-post tal-inċident.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Ekonomija

Sport