Sunday, November 24, 2024

Raġel iweġġa’ wara li waqa’ f’ġibja f’San Lawrenz

Aqra wkoll

Raġel ta’ 65 sena residenti r-Rabat Għawdex sofra xi ġrieħi wara li għall-ħabta tal-4.30pm weġġa’ fi Triq ir-Rokon f’San Lawrenza, żona magħrufa aħjar bħala “taħt il-Mixta”.

L-inċident seħħ hekk kif ir-raġel kien niżel minn fuq sellum f’ġibja vojta u għal xi raġuni waqa’ madwar sular.

Fuq il-post marru l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu lir-raġel kif ukoll tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn tawh l-ewwel għajnuna.

Hu ttieħed l-Isptar għal aktar kura. Il-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa.

Il-pulizija mill-Għassa tar-Rabat qegħdin jinvestigaw il-każ.

Sport