Raġel ta’ 51 sena residenti Nadur weġġa’ wara li għall-ħabta tas-7.00a.m. waqa’ minn fuq trakk li kien mimli żrar.
L-inċident seħħ f’bitħa ta’ kuntratt Għawdxi li tinsab fi Triq il-Qala Għajnsielem.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li wara li assistew lill-vittma ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal aktar kura.
Il-pulizija qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.

