Monday, November 11, 2024

Raġel jammetti li għamel theddida ta’ bomba f’Tas-Sliema

Aqra wkoll

Shaun Farrugia ta’ 32 sena mill-Gżira tressaq il-Qorti mill-ispettur Godwin Scherri fejn ammetta li fit-30 ta’ Lulju għamel rapport falz b’rabta ma’ theddida ta’ bomba f’restaurant f’Tas-Sliema. 

Farrugia kien akkużat ukoll li kkawża biża’ lill-impjegati u l-klijenti li dak il-ħin kienu jinsabu fir-restaurant imsemmi. 

Shaun Farrugia li huwa Kunsillier tal-PN tal-Gżira, ammetta l-akkużi miġjuba kontrih. Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet sakemm isir pre-sentencing report fosthom dik li jiffirma l-għassa tal-Pulizija ta’ Tas-Sliema, tliet darbiet fil-ġimgħa. Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest b’depożitu ta’ €1,500 kif ukoll garanzija personali ta’ €6,500.

Il-Qorti ordnatlu wkoll biex ma jersaqx lejn ir-restaurant. 

Sport