Friday, December 26, 2025

Raġel jammetti li gidem idejn u saqajn tas-sieħba tiegħu

Aqra wkoll

Raġel ta’ 35 sena residenti Ħal Qormi ammetta quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech li gidem idejn u saqajn is-sieħba tiegħu waqt argument li kellkom. 

Hu kien akkużat ukoll li kkaġuna ġrieħi ħfief lis-sieħba, kif ukoll li ħebb għaliha, insultaha, heddidha, u kiser kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest u sentenza tal-Qorti. Ir-reat seħħ fit-22 ta’ Novembru li għadda.

L-avukat Francois Dalli li deher għal akkużat talab lill-qorti biex qabel tingħata s-sentenza jsir rapport mediku dwar il-klijent tiegħu minħabba li skont hu jbati minn kundizzjonijiet mediċi u rabja diffiċli biex jikkontrollaha.

Il-Maġistrat Frendo Dimech laqgħet it-talba u ħelset lir-raġel taħt garanzija personali ta’ €5,000. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Carlos Cordina.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport