Sunday, February 22, 2026

Raġel jammetti li niżżel mill-internet pornografija ta’ tfal taħt id-9 snin

Aqra wkoll

Raġel ta’ 31 sena residenti Birkikara li ismu ma jistax jidher fuq ordni tal-Qorti ammetta li niżżel minn fuq l-Internet pornografija tat-tfal.

Hu kien mixli li fil-pussess tiegħu kellu materjal pornografiku li fih kien hemm jidhru fih tfal anke ta’ 9 snin. 

Fost dawk li xehdu fil-proċeduri kien hemm il-psikoterapista li qalet li l-imputat kien ilu 14-il xahar jattendi terapija. Qal li hu qiegħed juri impenn u anke progress f’ħajtu.

Id-difiża qalet li qabel ma tingħata s-sentenza għandu jsir rapport minn probation officer liema talba ġiet milquha mill-Maġistrat Elaine Rizzi.

Il-Qorti laqgħet ukoll it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €6,000, kif ukoll li jrid jififrma darbtejn fil-gimgħa fl-għassa tal-Pulizija.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Eman Hayman bl-Avukati Franco Debono u Adreana Zammit dehru għal imputat.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport