Fi stqarrija l-Pulizija qalu li llum, għall-ħabta tas-7.30am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Sqaq Nr. 4, fi Triq Franġisk Portelli, l-Għarb, Għawdex.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 39 sena u residenti l-Mosta, weġġa’ wara li waqa’ madwar żewġ sulari minn gallarija ta’ residenza.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
Aktar kmieni: Dan is-sit jinsab informat li għall-ħabta tas-7.30a.m. raġel ta’ madwar 40 sena waqa’ madwar żewġ sulari f’Għarb Għawdex.
Sorsi qrib dan is-sit qalulna li r-raġel għal xi raġuni waqa’ minn tiegħu li hemm f’appartament.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li assistew lir-raġel u ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal aktar kura.
Il-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa.
Nifmhu li l-Pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.

