Saturday, November 23, 2024

Raġel jaqa’ minn fuq siġġu u jaħbat rasu f’Marsalforn

Id-Deputat Nazzjonalista Alex Borg allega li r-raġel kien "aggressiv" meta fil-verita kien 'confused'

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tas-2.30pm meta raġel li kien bilqiegħda qrib wieħed mill-istabbilimenti f’Marsalforn tilef il-bilanċ tas-siġġu li kien fuqu, waqa’ mal-art u ħabta rasu.

Persuni li kienu fuq il-post qalu lil dan is-sit li r-raġel kien ilu sigħat Marsalforn u fl-ebda ħin ma pprova jaqla’ xi inkwiet jew problemi. “Nista’ ngħid li dak ir-raġel ma kien qiegħed idejjaq lil ħadd … u fl-ebda ħin ma ta fastidju lil xi ħadd. Kellu ġurnata off mix-xogħol u pprova jgawdija kif seta’,” qalet persuna lil dan is-sit. L-istess persuna qaltilna li r-raġel kien qiegħed ‘jitbandal’ fuq is-siġġu u dan hu każ sfortunat għall-aħħar.

Wara li waqa’ u ħabat rasu, sakemm fuq il-post wasal tim mediku b’ambulanza mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex kien hemm uffiċjali tal-pulizija jassistuh fejn saħansitra pprovaw jagħtuh l-ewwel għajnuna. Il-Pulizija li kienu l-ewwel biex jassistu lir-raġel kienu stazzjonati f’Marsalforn stess.

Persuni oħrajn li tkellmu ma’ dan is-sit qalu li huma skantati kif id-Deputat Nazzjonalista Alex Borg ħareġ jikteb li r-raġel kien aggressiv. “Meta persuna taqa’ u taħbat rasha, ħafna drabi tiġi fi stat li jisejjaħ ‘confused’. Fl-ebda ħin ir-raġel ma pprova jweġġa’ lil xi ħadd. Il-pulizija ddeċidew li jagħmlu l-manetti lir-raġel biex it-tim mediku jkun jista’ jassistih aħjar. Tant kemm kien fi stat ta’ konfużjoni li t-tim mediku kellhom jgħattulu wiċċu biex jikkalmawh sakemm jagħtu l-ewwel għajnuna,” tenniet persuna ma’ dan is-sit.

Diversi uffiċjali tal-pulizija qegħdin ikunu 24 siegħa kuljum f’Marsalforn biex jassistu f’dak kollu li jkun hemm bżonn. Tant kemm l-uffiċjali tal-pulizija qegħdin ikunu kontinwament fuq il-post, li mal-ewwel sinjal jew suspett ta’ xi ħaġa mhux f’waqqtha mill-ewwel jintervjenu u jżommu l-ordni.

1 kumment

  1. Izjed ma dan lonorevoli jipprova jaqbad ma xi haxixa izjed qieghed jinghad li mhuwa jemmnu hadd bdak li jikteb u jghid.

Comments are closed.

Sport