Saturday, November 23, 2024

Raġel jaqa’ minn għoli f’għalqa

Aqra wkoll

Raġel ta’ 60 sena, residenti ż-Żejtun sofra ġrieħi serji wara li waqa’ madwar sular minn fuq il-kamra f’għalqa. L-inċident seħħ aktar kmieni llum, għall-ħabta tan-12:30 p.m fi Triq Leonardu x-Xgħajra.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari li saret irriżulta li, għal xi raġuni, ir-raġel waqa’ minn fuq kamra.

Fil-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll tim mediku li ta l-ewwel għajnuna. Ambulanza ħadet lill-vittma lIsptar Mater Dei għall-aktar kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri min ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachel Montebello LL.D, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett

Sport