Raġel li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza wara li għall-ħabta tal-10.30am waqa’ minn għoli waqt li kien f’sit ta’ kostruzzjoni.
L-inċident seħħ fiż-Żona Industrijali ta’ Ħal Farruġ.
Fuq il-post hemm diversi uffiċjali tal-pulizija li mill-ewwel bdew l-investigazzjoni.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.