Saturday, May 24, 2025

Raġel jeħel 20 xahar ħabs sospiżi għal 3 snin talli ħebb għall-eks sieħba

Aqra wkoll

Raġel ta’ 32 sena residenti l-Imsida ġie kkundannat 20 xahar ħabs sospiżi għal 3 snin wara li quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello ammetta li kien ħebb għall-eks sieħba tiegħu.

Hu kien mixli li fit-18 ta’ Mejju li għadda kkaġuna ġrieħi  ħfief lill-mara, li beżżagħha, li kkaġuna ħsara fil-mobile tagħha, li heddidha u li naqas li jħares il-kundizzjonijiet imposti fuqu minn żewġ maġistrati.

Il-Prosekuzzjoni qalet li hu tressaq il-Qorti wara rapport li sar mill-eks sieħba u anke li l-ħaddiema soċjali għamlu r-risk assessment u rriżulta li l-vittma kienet f’riskju għoli.

Huwa tressaq quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello mill-Ispettur Antonello Magri u kellu jiddefendih lill-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri waqt li l-Avukat Ramona Attard dehret għall-vittma.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport